Għodod u DVD

Drittijiet għal Kulħadd

It-tfal kollha għandhom numru ta’ drittijiet.

Il-Ftehim dwar id-Drittijiet tat-Tfal huwa dokument importanti u ħaj li jassigura id-drittijiet tat-tfal kollha mingħajr ebda eċċezzjoni. Jassiguralhom ħajja dinjituża u li tgħinhom jiżviluppaw lilhom infushom. Nelson Mandela

Madankollu, ħafna drabi dawn id-drittijiet ikunu mkassbra. Kull sena jmutu għaxar miljun tifla u tifel qabel jagħlqu ħames snin u minn mard li jista’ jkun evitat jew imfejjaq faċilment.

Li nsemmgħu l-vuċijiet tat-tfal hija essenzjali jekk irridu li dawn jiksbu d-drittijiet tagħhom. Matul dawn l-aħħar ħames snin, iktar minn 15-il miljun tifla u tifel ingħaqdu fil-Kampanja Dinjija għall-Edukazzjoni u saħqu li t-tfal kollha għandhom dritt imorru l-iskola u jirċievu edukazzjoni.