

Ngħallmu u Nitgħalmu
Global Action Schools juża metodu sempliċi fi tliet stadji: tgħallem, investiga, aġixxi. B’hekk l-istudenti huma mħeġġa jinvestigaw kwistjonijiet relatati ma’ l-iżvilupp globali fid-dinja u jesploraw x’potenzjal għandhom huma li jiffurmaw ftit mis-soluzzjonijiet.
L-ewwel pass: Tgħallem
L-istudenti jesploraw kwistjonijiet relatati ma’ l-iżvilupp globali fid-dinja minn għadd ta’ perspettivi billi jużaw informazzjoni bħal ngħidu aħna kitba, mapep, tpinġija, stampi jew filmati. Huma jitgħalmu kif l-azzjonijiet tagħhom iħallu effett mhux biss fuq il-madwar qrib tagħhom iżda wkoll fuq l-ifqar postijiet fid-dinja.
It-tieni pass: Investiga
L-istudenti jinvestigaw l-interdipendenza globali u kif huma konnessi mal-bqija tad-dinja – ngħidu aħna, l-ikel li jieklu, il-ħwejjeġ li jixtru jew l-enerġija li jużaw.
It-tielet pass: Aġixxi
L-istudenti jaħdmu flimkien biex jiżviluppaw is-soluzzjonijiet tagħhom dwar problemi globali. Jippjanaw, jimplimentaw u jevalwaw l-azzjonijiet tagħhom stess.
L-għodod jgħinu f’kull stadju billi jipprovdu għadd ta’ materjali, fosthom ideat għal-lezzjonijiet, links għall-kurrikulu, attivitajiet u ritratti.
