Għodod u DVD

Il-Metodoloġija

Il-materjal tal-Global Action Schools jenfasizzaw l-interdipendenza globali, b’mod partikulari l-mod kif l-imġieba ta’ kuljum ta’ tfal, żgħażagħ u skejjel ikollhom effett fuq persuni u postijiet fl-ifqar partijiet tad-dinja, u min-naħa l-oħra kif il-kwistjonijiet ta’ l-Iżvilupp Internazzjonali jaffettwaw lilhom.

Dawn l-għodod jesploraw kif bidliet żgħar fit-tmexxija ta’ l-iskejjel jista’ jkollhom effett pożittiv fuq il-ħajja ta’ nies f’pajjiżi li għadhom qed jiżviluppaw, b’mod partikulari għal dak li għandu x’jaqsam ma’ bidla fil-klima, kummerċ iktar ġust u drittijiet tal-bniedem.

L-attivitajiet jinvolvu azzjoni u jgħinu lill-istudenti jagħmlu rabtiet bejn dak li jistudjaw, il-mod kif l-iskola titmexxa u l-impatt li l-għażliet tagħhom iħallu fuq il-persuni u l-ambjent. Ir-riżorsi tal-proġett iwasslu lill-iskejjel matul proċess edukattiv fi tliet stadji – Tgħallem, Investiga u Aġixxi:

  • Tgħallem: l-istudenti jiltaqgħu ma’ l-importanza ta’ kwistjonijiet globali u kif azzjonijiet f’din il-parti tad-dinja taffettwa l-ifqar partijiet tad-dinja.
  • Investiga: l-istudenti jkejlu l-impatt li qed tħalli l-iskola tagħhom fuq dawn il-kwistjonijiet globali, b’mod partikulari dawk il-kwistjonijiet li jaffettwaw l-ifqar nies tad-dinja.
  • Aġixxi: permezz tar-riżultati mill-investigazzjoni, l-iskejjel huma megħjuna jindividwaw sfida u jaġixxu biex ikollhom impatt pożittiv fuq kwistjonijiet relatati ma’ l-iżvilupp globali fid-dinja.