

Għanijiet
Il-proġett Global Action Schools huwa sħubija ta’ għaqdiet minn seba’ pajjiżi (l-Awstrija, ir-Repubblika Ċeka, l-Ingilterra, Malta, il-Polonja, ir-Repubblika Slovakka u t-Tajlandja), u seħħ bl-għajnuna finanzjarja tal-Kummissjoni Ewropea. L-għanijiet tal-proġett huma li:
- l-għalliema, it-tfal u ż-żgħażagħ Ewropej isiru jafu iktar dwar u jagħrfu l-interdipendenza globali u l-impatt tagħha fuq il-pajjiżi li għadhom qed jiżviluppaw;
- l-iskejjel jiżviluppaw kultura u kuntest fejn l-għalliema, it-tfal u ż-żgħażagħ jikkontribwixxu b’mod attiv lejn żvilupp sostenibbli;
- l-għalliema, it-tfal u ż-żgħażagħ mill-Ewropa u mill-pajjiżi li għadhom qed jiżviluppaw jibnu sħubija u jaqsmu l-informazzjoni dwar kwistjonijiet relatati ma’ l-iżvilupp globali fid-dinja ma’ għaqdiet Ewropej li jaħdmu f’dan il-qasam.
Bejn l-2006 u l-2008, il-metodoloġija kienet żviluppata u mħaddma f’mitejn skola minn elf għalliem u minn sbatax-il elf student. Issa dawn jistgħu jintużaw b’xejn lill-ewwel 10,000 skola f’seba’ pajjiżi.
