

Azzjoni fl-Iskejjel
Għadd ta’ skejjel minn madwar l-Ewropa sabu mod effettiv u innovattiv kif jinkoraġġixxu l-bidla billi pereżempju għenu biex jinħoloq wied tal-kummerċ ġust fl-Awstrija jew billi bgħatu ittri persważivi lill-Membri Maltin tal-Parlament Ewropew dwar xiri bir-regoli tal-kummerċ ġust mis-settur pubbliku.
Għalliem minnhom ħadna ġo supermarket biex nagħmlu ftit investigazzjonijiet. Kellna nsibu prodotti tal-kummerċ ġust bħal te, prodotti li jitkabbru wkoll fir-reġjun tagħna bħal-lanġas, u prodotti staġjonali. Imbagħad skoprejna kif prodotti bħaz-zokkor, il-banana u l-kafè jaslu għandna minn pajjiżi foqra bħall-Ghana.
Sebastian, 11-il sena, Hauptshule Pollau 1 School, Awstrija
L-istudenti qed iwasslu iktar għarfien fil-komunitajiet tagħhom dwar il-kummerċ ġust permezz ta’ dokumentarji fis-Slovakkja jew permezz ta’ posters bil-komiks fit-Tajlandja.
Meta ssir taf li hemm pajjiżi fejn in-nies qed imutu bil-ġuħ, jew fejn il-bdiewa u l-produtturi qed jingħataw kundizzjonijiet ħżiena tant li jkollhom jerfgħu kull żerriegħa li jaħsdu, tibda tagħraf li kull platt li nieklu għandu effett.
Worawoot, 17-il sena, Patumkongka School, Tajlandiż
