

Kummerċ iktar Ġust
L-iskejjel kollha jixtru ikel, materjal sportiv u ħafna prodotti oħra minn partijiet differenti tad-dinja. Aħna nistgħu nassiguraw li l-produtturi jingħataw prezz ġust għall-prodotti tagħhom.
L-introduzzjoni tal-kummerċ ġust fl-iskejjel tgħin liż-żgħażagħ u l-adolexxenti jifhmu kif jaħdem il-kummerċ u jgħinu lill-iskejjel jagħtu l-kontribut tagħhom għal dinja iktar ġusta.
Il-kummerċ jiġġenera ammont kbir ta’ ġid iżda wkoll jorbot flimkien il-ħajjiet tagħna lkoll li ngħixu fuq din id-dinja. Il-kummerċ dinji ttripplika ruħu matul dawn l-aħħar 20 sena iżda l-benefiċċji m’humiex mqassmin l-istess. Per eżempju, l-ifqar 40% tal-popolazzjoni dinjija tirċievi biss 5% tal-ġid tad-dinja.
