Għodod u DVD

Azzjoni fl-Iskejjel

Għadd ta’ skejjel madwar l-Ewropa diġà qed isibu modi kif inaqqsu l-impatt ekoloġiku tagħhom. Skola Pollakka naqqset il-konsum ta’ elettriku waqt li skola Awstrijaka qed tuża vvjaġġar li ma jarmix CO2.

It-tim tagħna jismu ENERGY SQUAD! Aħna niċċekkjaw kemm elettriku qed jużaw partijiet differenti ta’ l-iskola. Nużaw ‘survey sheets’ biex nieħdu n-noti dwar l-użu tal-kompjuters u d-dwal; pereżempju, kemm minnhom tħallew mixgħulin meta ma kien hemm ħadd fil-kamra.

Kadeem, 11-il sena, u Paul, 13-il sena, Langdon School, l-Ingilterra.

Studenti fl-iskejjel tar-Repubblika Ċeka u dik Slovakka qed juru kif it-tnaqqis fil-konsum, l-użu mill-ġdid u r-riċiklar (reduce, reuse and recycle) jista’ jbaxxi l-ammont ta’ CO2. L-iskola Ċeka fetħet ċentri ta’ riċiklaġġ ġodda waqt li dik Slovakka ħejjiet kampanja bl-isem ta’ ‘Tindif fil-Komunità’ (‘Community Clean-Up’).